Ħelwin, Ċkejknin u Bżonnjużi
RIXU
Rixu l-għasfur beda jaħbi l-ikel favorit tiegħu. Kemm teżori! Kemm moħbiet!
PAPILLO
Papillo x-xagħat inbidel f'farfett sabiħ. Kemm kellu ħolm u xewqat sbieħ!
ĦANFUS
Il-ħbieb ta’ Skarabejo kienu l-baqar sakemm daħlet f'ħajtu wkoll Kleopatra.
NEMLU
Nardu n-nemlu xtaq ibiddel ix-xogħol tiegħu. Malajr induna li kull xogħol fih l-iebes!
MAZZARELL
Bint il-mazzarell bdiet vjaġġ twil. Fejn se ssib dak li dejjem xtaqet?
NAĦLA
Nina n-naħla tqum kmieni filgħodu. Ittir ferħana minn fuq fjura għall-oħra. Kemm hija bieżla!
GREMXULA
Lina l-gremxula tiddeċiedi li ma tagħmel xejn fil-ġnien ta’ Pina għal ġimgħa sħiħa. X'se jiġri mill-ġnien ta’ Pina?
OLI
Il-fjura sabet l-għajnuna kbira ta’ Ali. Oli d-dudu wkoll ra t-tajjeb ta’ Ali.
FARFETT IL-LEJL
Pippi l-farfett il-lejl kellu biċċa xogħol! Kellu jaqbad in-nemus ta’ ġol-klassi!
BRIMBA
Rimba l-brimba tipprova tikkonvinċi lin-nanna tħalli l-għanqbuta mat-tieqa. Min se jgawdi l-aktar?
ŻRINĠ
Il-marżebb inbidel fi żrinġ. Kemm beda jaqbad insetti! U l-aħbar sabiħa, li xorta seta’ jibqa’ jilgħab mal-ħuta.
ERIN QANFUD
Erin il-qanfud xtaq il-ħbieb imma kulħadd beża’ mix-xewk tiegħu. Sakemm darba...