Desireè u Zven
Għal Desireè l-ħajja qatt ma kienet faċli. Trabbiet man-nanniet minħabba li ommha kellha problema ta' droga. Iżda wara li n-nanniet mietu t-tnejn, it-tfajla tispiċċa tgħix ma' Anton, li wara sittax-il sena, ommha qaltilha li kien missierha. Ħajjitha tinqaleb mil-lejl għan-nhar, anke peress li tkun bdiet tattendi ġo skola ġdida. Hemmhekk ukoll tibda tiltaqa' ma’ xi problemi minħabba żewġ ġuvintur li milli jidher kien qed isir il-gost tagħhom jaqbdu magħha. Iżda l-affarijiet għaliha jibdew jinbidlu meta tiltaqa' ma' Zven ġuvni ta' sbatax-il sena li wkoll ma kellux tfulija faċli minħabba li missieru kien għamel ħajtu u ħajjet ommu infern. Meta jara lil tnejn minn sħabu jaqbdu ma' Desireè, it-tfajla li jkun tefa' għajnejh fuqha, iħoss li kellu jaqbeż għaliha akkost ta' kollox... Bejn il-ġuvni u t-tfajla tinbet ħbiberija... u mhux biss! Iżda x'jiġri meta Zven jispiċċa jidħol fi problema kbira minħabba wieħed minn sħabu? Se tibqa' tafdah Desireè?