STEDIN TAL-AWTURI FL-ISKEJJEL

STEDIN TAL-AWTURI FL-ISKEJJEL

Wise Owl Publications tgħin biex l-istudenti jiltaqgħu mal-awturi popolari Maltin li jippubblikaw ma’ Wise Owl.

 

Kif torganizza attività fl-iskola ma’ kittieb Malti:

Ibgħat email fuq infowiseowlmalta@gmail.com b’dawn id-dettalji:

  • Attività li tixtieq

  • Awtur/i li tixtieq tistieden

  • Għal liema klassijiet hija indirizzata l-attività

  • Data u ħin

Preparazzjoni:

  • Ħeġġeġ lill-istudenti jagħmlu ftit riċerka fuq l-awtur mistieden u anki jippreparaw xi mistoqsijiet li jixtiequ jistaqsu.

  • Ħeġġeġ lill-istudenti jordnaw (mil-lista ta’ taħt) xi kotba tal-awtur mistieden biex wara jiġu ffirmati mill-awtur stess.

  • Ibgħat minn ġranet qabel l-ordni tal-kotba li jkunu ordnaw l-istudenti fuq l-email infowiseowlmalta@gmail.com

 F’jum l-attività

  • Ara li kollox ikun ippreparat għaż-żjara tal-awtur.

  • L-awtur għandu jiġi milqugħ bil-mertu u r-rispett li jistħoqqlu u mwassal fil-klassi/sala fejn se ssir l-attività.

  • Waqt l-attività għandu jkun hemm l-għalliema preżenti.

  • Jekk se tintuża sala, ara li jkun hemm mejda u siġġu fejn l-awtur jista’ jiffirma l-kotba li ordnaw l-istudenti.